Sport Sport Ieħor

L-Assoċjazzjoni Maltija torganizza l-ħames edizzjoni tal-BMX Fest – Xmas Edition

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-BMX organizzat il-ħames edizzjoni tal-BMX Fest – Xmas Edition f’Pembroke. Aktar minn 30 parteċipant barrani waslu f’pajjiżna appost għal dan l-avveniment, bi 22 atleta internazzjonali tal-BMX jikkompetu fi tmiem il-ġimgħa.

Il-kompetizzjoni prinċipali tal-kategorija Open saret il-Ħadd fejn 18-il atleta tal-BMX ħadu sehem, bl-erbgħa l-oħra jkunu Maltin. Kien Tom van den Bogaard tal-Olanda li għat-tieni sena konsekuttiva spiċċa rebbieħ qabel il-Britanniku Jack Mould u l-Olandiż Jari Roggeveen li għad għandu biss 14-il sena.

Waqt il-kompetizzjoni saret ukoll kompetizzjoni tal-aħjar trick bil-Britanniku Jack Mould joħroġ rebbieħ. L-aħjar ċiklist Malti kien Karl Naja filwaqt li l-aħjar ċiklist promettenti kien Luke Farrugia.

Gianni Zahra rebaħ il-kompetizzjoni Bunny Hop u Grupp A fil-kategorija tal-Bike, b’Sheldon Calleja jirbaħ Grupp B. Shaun Alfalah rebaħ il-kategorija tas-Scoot.

F’riżultati oħra, Raimonds Bumeisters rebaħ Grupp A tal-BMX Park segwit minn Gianni Zahra u Luke Farrugia. Grupp B intrebaħ minn Mike Borg Grech, b’James Grech u Samuel Pullicino jtemmu fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Tags