L-atleti Russi se jibqgħu sospiżi mill-kompetizzjonijiet internazzjonali wara li l-IAAF wara li s-sospensjoni tal-pajjiż kienet konfermata għas-sena d-dieħla. Ir-Russja kienet sospiża f’Novembru tal-2015 minħabba evidenza ta’ involviment tal-istat fid-doping.
Is-sospensjoni se tibqa’ fis-seħħ sakemm il-kampjuni u l-informazzjoni mil-laboratorju ta’ kontra d-doping f’Moska jkunu għad-dispożizzjoni. Ir-Russi jistgħu jħallu l-prezz tax-xogħol li sar mit-task force tal-IAAF.
Il-Kap tat-task force fuq ir-Russja Rune Andersen qal li jittama li r-Russja tipprovdi l-informazzjoni neċessarja sa tmiem is-sena. Il-President tal-Federazzjoni tal-atletika tar-Russja Dmitry Shlyakhtin qal li mhux sorpriż bid-deċiżjoni iżda kellhom tamiet għolja minħabba li l-federazzjoni għamlet ħafna xogħol.
Il-Ministru tal-Isport u s-Soċjetà Ċivili Mims Davies qalet li l-iskandli tad-doping fl-atletika ħammġu l-fiduċja tal-partitarji u l-kompetituri, u żiedet li d-deċiżjoni tal-IAAF hu messaġġ ċar li r-Russja trid tikkopera bis-sħiħ qabel terġa’ tidħol b’mod normali.
Din hi d-disa’ darba’ li l-IAAF ċaħdet l-appell tar-Russi biex jerġgħu jiddaħħlu. Din id-deċiżjoni tpoġġi lill-assoċjazzjoni tal-atletika f’sitwazzjoni differenti bħall-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u l-Wada li neħħew is-sospensjonijiet tagħhom fuq ir-Russja.
Fi Frar, is-sħubija Olimpika tar-Russja kienet reġgħet ġiet b’mod normali wara s-sospensjoni tagħhom mill-Olimpjadi tax-xitwa, filwaqt li l-Wada neħħiet is-sospensjoni ta’ tliet snin f’Settembru.
Id-deċiżjoni tfisser li l-atleti Russi mhux se jkunu jistgħu jikkompetu taħt il-bandiera tagħhom fil-Kampjonati Ewropej Indoor fi Frar. Iżda l-atleti li ltaqgħu mal-bord tad-doping tal-IAAF u laħqu r-rikjesti, se jikkompetu taħt bandiera newtrali fi Glasgow.
Aktar minn 70 atleta Russu kkompetew bħala newtrali fil-Kampjonati Ewropej f’Berlin f’Awwissu. Illum, l-IAAF ħabbret ukoll li l-Kampjonati tad-Dinja tal-2023 se jsiru f’Budapest fl-Ungerija.
//= $special ?>