Currently unavailable…. jew mhux disponibbli bħalissa – hekk qed jissejħu issa l-mediċini li huma nieqsa mill-ispiżerija tal-għażla tiegħek. Fi kliem ieħor mediċini out of stock..bħal fil-każ tal- Vildagliptin.
Il-Vildagliptin huma pilloli li jintużaw minn pazjenti bid-dijabete. Dawn il-pilloli fil-fatt issa ilhom neqsin mill-ispiżeriji għal ġimgħat, kif stqarru l-ispiżjara stess ma’ Net News.
Pazjenti li għandhom bżonn jieħdu dawn il-pilloli darbtejn kuljum qed ikollhom spiża żejda ta’ €60 fix-xahar hekk kif kaxxa Vildagliptin li fiha 28 pillola tiswa mat-€30.
L-ispiżjara qalu li l-Ministru mhux qed jgħid il-verità meta jgħid li m’hawnx mediċini out of stock u rreferew għas-sitwazzjoni bħala waħda tal-biki. Huma qalu li issa spiċċaw f’sitwazzjoni fejn qed ikunu vittmi ta’ pazjentli li mhux qed jemmnu li l-pilloli huma out of stock.
Skont l-istess spiżjara is-sitwazzjoni xejn feliċi qed tipprova tiġi mbenġla billi minlok jintużaw il-kliem out of stock, issa qed jgħidu li l-pilloli huma….currently unavailable.
//= $special ?>
