Internazzjonali

Terġa’ tinħoloq il-Cupola tal-mafja fi Sqallija

Il-famuża Cupola, li hija bħal Kummissjoni li tikkordina l-gruppi mafjużi fi Sqallija, reġgħet twaqqfet wara snin twal fid-dlam. Dan ġie żvelat fl-aħħar sigħat wara operazzjoni intensiva mill-Pulizija Taljana kontra Cosa Nostra.

Fil-fatt, kmieni dalgħodu tħabbar illi 46 persuna ġew arrestati – fost dawn, il-Kap il-ġdid tal-Cupola Settimino Mineo, li għandu 80 sena, u li uffiċjalment jaħdem bħala ġojjellier.

Mineo hu persuna famuża ferm fiċ-ċrieki kriminali. Hu kien kundannat 5 snin ħabs fil-ġuri li kien sar wara l-qtil ta’ Falcone, filwaqt li ġie arrestat 12-il sena ilu sakemm ħareġ mill-ħabs wara li skonta 11-il sena.