Lokali

Xufier ta’ ‘tow truck’ iweġġa’ f’ħabta f’Ħaż-Żebbuġ

Arkivji

Xufier ta’ ‘tow truck’ sofra xi feriti u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li l-vettura kienet involuta f’inċident tat-traffiku ma’ trakk tat-tip Ford Cargo fi Triq il-Poeta Nazzjonali, f’Ħaż-Żebbuġ.

Għall-ħabta tad-8.45pm, it-‘tow truck’ kien qed jinstaq minn raġel ta’ 43 sena mill-Mosta, filwaqt li t-trakk l-ieħor kien qed jinstaq minn raġel ta’ 39 sena miż-Żejtun.

Minbarra l-Pulizija, fil-post issejħet Ambulanza, li ħadet lix-xufier tat-‘tow truck’ l-Isptar Mater Dei għall-kura. Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.