Edukazzjoni Lokali

9.7 fil-mija tal-istudenti huma barranin

459 studenti ġejjin minn pajjiżi Ewropej barra l-UE

L-aktar statistika riċenti li għandu f’idejh l-NSO turi li fl-2017 f’Malta kellna 55,674 student mill-Kinder sal-Form 5, fl-iskejjel kollha madwar il-pajjiż.

Ir-rapport li kien ippubblikat illum jagħti ħarsa lejn is-sitwazzjoni fl-iskejjel u kif kibret il-popolazzjoni tal-istudenti mill-2013 sal-lum. Fil-fatt, miċ-ċifri joħorġu realtajiet varji li għandhom jiġu indirizzati.

Fost l-oħrajn, huwa ċar li n-numru ta’ studenti barranin fl-iskejjel (apparti l-iskejjel speċjali) tela’ minn 4.5 fil-mija għal kważi 10 fil-mija. Minn dawn, 459 studenti ġejjin minn pajjiżi Ewropej li mhumiex membri tal-UE.

945 studenti huma Afrikani, kważi 800 huma studenti Ażjatiċi, filwaqt li 167 huma Amerikani.

Iċ-ċifri tal-NSO juru li mit-total ta’ tfal barranin hemm 2,979 student li ġejjin minn pajjiżi tal-UE.