Lokali

Adrian Delia f’Iswed Fuq l-Abjad

Bħalissa fuq NET Television qed tixxandar intervista live mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, waqt il-programm Iswed fuq l-Abjad, ippreżentat minn Frank Psaila.

Adrian Delia fost l-oħrajn se jkun qed jitkellem dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u dwar kif il-poplu qed jinsteraq fil-prezz tal-enerġija.

Apparti dan se jitkellem ukoll dwar il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista b’risq min qed jaqa’ lura u l-impenn tal-Partit li jkompli jkun partit tan-nies.

Se jkun diskuss ukoll il-qtil politiku ta’ Raymond Caruana fejn illum qed jitfakkar it-32 sena mill-qtil tiegħu.