Ekonomija Kummerċ Lokali

EUROSTAT: Il-bejgħ mill-ħwienet jieħu daqqa

Ċifri tal-Uffiċċju Ewropew tal-Istatistika juru li fl-aħħar sena l-bejgħ mill-ħwienet kompla jonqos – xejra ta’ tnaqqis li ilha tinħass għal diversi xhur.

Iċ-ċifri tal-Eurostat jindikaw illi kuntrarju għal dak li qed jiġri fiz-Zona Ewro u l-bqija tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropa, f’Malta fuq sena kellna tnaqqis fil-bejgħ ta’ 2.3 fil-mija.

L-akbar żieda fil-bejgħ fost il-pajjiżi membri tal-UE kienet fis-Slovenja bi 13 fil-mija, l-Irlanda 8.4 fil-mija u l-Litwanja b’7.3 fil-mija. Malta kellha l-akbar tnaqqis fir-rata ta’ bejgħ bl-imnut – tnaqqis ta’ 2.3 fil-mija, segwiti mill-Fillandja fejn it-tnaqqis fil-bejgħ kien ta’ 1 fil-mija.

L-istudju li jsir regolament mill-Eurostat jinkludi x-xiri ta’ prodotti bażiċi bħall-ikel, ix-xorb, il-mediċini u l-ħwejjeġ, kif ukoll affarijiet oħra bħal għamara u apparat elettroniku.

Malta ilha għal 6 xhur sħaħ tesperjenza din ix-xejra ta’ tnaqqis fil-bejgħ.