Lokali

“Għall-korruzzjoni qed tħallas int” – Adrian Delia

Il-Prezz tal-korruzzjoni jfisser li dak li qed jonfoq il-Gvern jista’ jintuża għal affarijiet aħjar biex ngħinu lill-batut…għax fl-aħħar mill-aħħar għall-korruzzjoni qed tħallas int. Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt li kien qed jiġi intervista minn Frank Psaila fuq il-programm Iswed fuq L-Abjad.

Wara l-iskandli tal-Panama Papers u 17 Black, ħadd ma rriżenja, Konrad Mizzi u Keith Schembri baqgħu hemm. Għalkemm nafu ta’ min huma, il-Prim Ministru xorta ħallihom hemm. Joseph Muscat l-ewwl qal li ma hemmx inkjesta mbagħad qal li hemm inkjesta fuq il-kumpnaija u mhux fuq il-persuna

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-midja issa kixfet kif fl-investigazzjoni dwar 17 Black se jkunu involuti kemm Keith Schembri kif ukoll Konrad Mizzi. Huwa qal li meta l-Gvern Laburista jkun dahru mal-ħajt idawwar l-informazzjoni, u ġiet ippubblikata wkoll allegazzjoni fil-konfront tiegħu. Adrian Delia ddikjara li fiż-żmien meta ma kienx fil-politika u meta għamel xogħlu ta’ avukat f’isem klijenti tiegħu, qatt ma kiser il-liġi u qatt ma ħasel il-flus bħal Keith Schembri u Konrad Mizzi. Ħadd mhu se jsikket lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, dak li qed juri huma fatti ċari. Kull tentattiv li qed jagħmel il-Gvern sabiex issikket lil Adrian Delia se jkompli jagħmluh iktar b’saħħtu biex ikompli l-ġlieda tiegħu kontra l-korruzzjoni.

Jista’ jkollok pajjiż sinjur u poplu fqir. Jista’ jkollok Gvern li joħloq il-ġid imma ma jkunx qed jasal għand in-nies. Dan il-Gvern pjan m’għandux, ma kreja ebda settur ġdid u l-unika mudell li sab kien li jkabbar l-ekonomija bit-tkabbir tal-popolazzjoni mingħajr ma jara l-effetti li dan se jġib miegħu.

Fuq il-ista tal-housing hemm 3200 ruħ. Adrian Delia sosta li rridu nibdew nippjanaw minn issa u nagħtu garazija li kull persuna li jkollha saqaf fuq rasha. Intilfu ħafna flus fil-kuntratti tal-power station u tal-Vitals. Dawn il-flus setgħu ntnefqu biex nagħtu saqaf fuq rashom lil dawk li m’għandhomx.

Fil-qasam ambjentali rridu noħolqu żvilupp, strutturi li jgħinu lill-ambjent. Wieħed irid jaħdem mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent. Irid ikollna pajjiż fejn it-tfal jedukaw irwieħhom. Inġibu nies f’pajjiżna li jkunu ta’ kwalità li jżidu l-valur kulturali tas-soċjeta tagħna.

Nhar il-Ħadd se ssir Maratona Ġbir ta’ fondi għall-Partit Nazzjonalista. Fid-dawl ta’ dan Adrian Delia sostna li n-nies iridu jifhmu li partit jeżisti biex iwassal dak li jridu n-nies. Partit għandu bżonn il-fondi biex jaħdem. Aħna partit li niddependu mill-ftit tal-ħafna.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalsita temm l-intervista tiegħu fejn tkellem dwar id-differenza li teżisti bejn il-Gvern u l-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Laburista għandu mħabba għamja għall-poter filwaqt li l-Partit Nazzjonalista għandu vokazzzjoni lejn in-nies u lejn is-servizz li kapaċi jagħti lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.