Il-Gvern ta-ċentru lemin Belġjan imexxi mill-Prim Ministru Charles Michel jinsab f’xifer li jikkrolla. Dan wara li l-Prim Ministru ppreżenta l-patt dwar l-immigrazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti quddiem il-Parlament għall-approvazzjoni. Dan kontra x-xewqa tal-ikbar membru fil-koalizzjoni tal-Gvern.
Michel l-Erbgħa qal li minn iwassal biex jikkrolla l-Gvern ikun qed juri nuqqas kbira ta’ responsabbiltà b’riferiment għall-partit tal-estremista tal-lemin, il-N-VA, li hu kontra l-approvazzjoni tal-Patt tan-NU. Patt li Michel kien diġà wiegħed li kien se jmur jiffirma f’laqgħa li se ssir il-ġimgħa d-dieħla f’Marrakech fil-Marokk.
Il-Parlament mistenni jsib il-maġġoranza meħtieġa biex ikun approvat anki mingħajr il-N-VA imma issa se jkun diffiċli biex il-Gvern ikkampa mingħajr l-appoġġ tal-N-VA.
Il-patt kien tfassal f’Lulju bl-Istati Uniti tibqa’ barra minnu imma issa ħafna pajjiżi Ewropej qalu li ma kinux se jiffirmawh fil-konferenza li se ssir il-Marokk fl-10 u l-11 ta’ Diċembru.
//= $special ?>

