– Kristy Debono, PN
Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet fil-parlament li l-gvern injora l-pariri u qed nirriksjaw dak kollu li ħdimna għalih fis-settur finanzjarju
Kristy Debono qalet li l-Oppożizzjoni se tappoġġja l-proposti fis-settur finanzjarju kif imposti mill-Kummissjoni Ewropea u żiedet li l-Gvern mhux jirrealizza kemm hu ħażin li s-settur tas-servizzi finanzjarji jintilef meta dan hu pilastru ewlieni tal-ekonomija Maltija li magħha jaħdmu eluf ta’ familji.
Dan hu settur li baqa’ jikber b’rata sostenibbli. Ir-reputazzjoni tal-pajjiż hi l-ikbar problema li għandu dan il-pajjiż; liema problema fuqha intilef kull kontroll. Il-ħasil tal-flus sar l-aktar għadu li għandu dan is-settur. Hi enfażizzat l-importanza tad-due diligence fuq dawk li jinvestu fil-pajjiż u kompliet billi semmiet diversi pajjiżi fosthom il-Panama.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li fi żmien il-Gvern Nazzjonalista, Malta kienet imsemmija fost l-aktar pajjiżi stabbli ekonomiċi li kien hawn fid-dinja iżda llum is-sitwazzjoni inbidlet. Hi rriferiet għal diversi dokumentarji fuq il-media internazzjonali li fihom Malta hi deksritta bħala pajjiż li fih hemm il-ħasil tal-flus.
Kristy Debono kompliet li Malta kienet anki black-listed mill-OECD minħabba r-riskju fil-bejgħ tal-apssaporti. Ma jidhirx li din it-twissija ttieħdet bis-serjetà tant li l-pajjiż issa sar pajjiż riskjuż għall-investiment. Is-settur bankarju hu s-settur li bħalissa għandu l-aktar sfidi. L-aċċess għas-self qed isir impossibbli, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li hemm ukoll problema kif il-pajjiż jattira correspondent banks.
Kirsty Debono qalet li saret kważi impossibbli li jinfetħu kontijiet bankarji għal klijenti brranin. Ma jistax ikun li mal-ħażin qed jeħel it-tajjeb. Din hi sfida kbira li qed jiffaċċja l-pajjiż. Jeħtieġ li s-settur ma jiġix f’sitwazzjoni li ma jistax jikber iktar.
Hi tkellmet dwar Pilatus Bank u Sata Bank u qalet li dawn iż-żewġ banek dgħajfu r-reputazzjoni ta’ Malta. Pilatus Bank kiseb il-liċenzja fl-2014 biex jopera. Hi semmiet l-arrest taċ-Chairman tal-Pilatus Bank u qalet li l-MFSA damet ix-xhur biex tieħu passi. Dan kellu riperkussjonijiet fuq ir-reputazzjoni ta’ Malta.
Kien biss fl-intervent tal-ECB li twaqqfet il-liċenzja tal-Pilatus Bank. Kulaħdd jemmen li l-gvern misus aħ l-azzjonijiet konkreti beix ma ssirx il-ħsara iżda l-gvern baqa’ passiv u am ħax l-azzjonijiet neċessarji.L-MFSA u l-FIAU kellhom jitħallew jaħdmu bl-indipendenza tagħhom. Il-gvern ma jridx jibgħat messaġġ ċar li jrid jiġġieled din il-ġlieda biex jirrestawra l-istituzzjonijiet tal-pajjiż.
Anki l-każ tas-Sata Bank hemm l-istess elementi tal-Pilatus Bank b’dannu kbir għar-reputazzjoni tas-settur finanzjarju. is-sitwazzjoni tas-Sata Bank qed iġġib diffikultajiet kbar għan-nies li kellhom kontijiet f’dan il-bank. Jeħtieġ soluzzjonijiet tanġibbli għal dawn in-nies.
M’hemmx direzzjoni dwar fejn sejra din is-saga tas-Sata Bank fejn il-maġġoranza tal-investituri m’għamlu xejn ħażin. Jeħtieġ li jkun hemm data dwar kif se jsiru l-affarijiet f’din l-istorja. Min se jikkumpensa għar-reputazzjoni li ħadet il-kumpanija li ma tistax tagħti s-servizzi tagħha? Is-sitwazzjoni għal dan il-bank hi inaċċettabbli bil-messaġġ ikun li m’għandux isir investiment f’Malta, sostniet Kristy Debono.
//= $special ?>