Futbol Sport

Ivan Gazidis jinħatar Kap Eżekuttiv ta’ Milan

L-eks Kap Eżekuttiv Ivan Gazidis kien ikkonfermat bħala l-Kap Eżekuttiv ta’ Milan fl-laqgħa tal-bord ilbieraħ. Hu ffirma kuntratt tat-30 ta’ Ġunju tal-2020. Gazidis li għandu 54 sena sar Kap Eżekuttiv ta’ Arsenal fl-2008 iżda ħabbar it-tluq tiegħu f’Settembru. “Naf li ħafna jaħsbu li hu żmien stramb biex nitlaq imma nemmen li l-aħjar żmien għalija u l-klabb.”

Gazidis kien responsabbli fil-perjodu ta’ bidla kbira fil-klabb ta’ Arsenal hekk kif wara 22 sena fit-tmexxija, Arsene Wenger ħalla l-klabb fi tmiem l-istaġun li għadda. Hu kien ukoll strumentali biex inħatar Unai Emery manager ta’ Arsenal.

Hu se jkun qed jidħol fl-irwol il-ġdid tiegħu ma’ Milan bl-għan li jgħin lir-Rossoneri jirritornaw fl-ogħla postijiet tas-Serie A. Bħalissa Milan jinsabu fir-raba’ post fil-klassifika u minbarra li ilhom ma jipparteċipaw fil-UEFA Champions League l-aħħar darba li rebħu s-Serie A kien l-2011.