Rapport ieħor tal-Awditur Ġenerali li juri nuqqasijiet serji tal-Gvern – b’kollox, 22 investigazzjoni dwar l-operat ta’ diversi Ministeri, Dipartimenti u entitajiet tal-Gvern, kif ukoll analiżi tar-Rapport Finanzjarju għall-2017.
L-Awditur Ġenerali jixgħel bozza ħamra fuq il-Kunsill Malti għall-Arti. Dan hekk kif għal dawn l-aħħar sentejn il-Kunsill tal-Arti naqas milli jipprepara r-rapport finanzjarju. Irriżulta wkoll li ma hemmx kontroll adekwat biex jassigura li d-dħul li għandu jinġabar minn din l-entità qiegħed ikun verament miġbur. Ġie nnutat ukoll li ammont konsiderevoli ta’ xiri kien qiegħed isir permezz ta’ direct order mill-istess Kunsill.
Skont ir-rapport tal-NAO, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għall-2016 u l-2017, li għaddew sitt ġimgħat wara tmiem is-sena finanzjarja, kienu għadhom mhumiex disponibbli sa Lulju ta’ din is-sena. Dan qed ifixkel l-għanijiet tal-verifika tal-NAO.
Dan kollu kien konfermat mill-Kunsill Malti għall-Arti stess fejn fi stqarrija qal li se jippubblika r-rapport finanznjarju għas-sena 2016 sal-aħħar ta’ Diċmebru ta’ din is-sena filwaqt li r-rapport finanzjarju għas-sena 2017 se jiġi ppubblikat sal-aħħar ta’ April tas-sena d-dieħla.
//= $special ?>