Il-logħba mil-Ligue 1 bejn Paris Saint-Germain u Montpellier li kellha tintlagħab fil-kapitali Franċiża s-Sibt li ġej kienet posposta minħabba rijkesta tal-pulizija.
Il-protesta vjolenti saru fl-akbar ibliet ta’ Franza fl-aħħar tliet ġimgħat minħabba li l-poplu hu kontra ż-żieda fil-prezzijiet tal-fuel. Il-protesti kibru aktar fejn qed tiġi espressa r-rabja lejn il-gvern u hu mistenni aktar protesti fi tmiem il-ġimgħa.
Fi stqarrija ċ-champions Franċiżi qalu li d-data l-ġdida tal-logħba se titħabbar fil-ħin ġust. Iż-żewġ logħbiet ta’ PSG huma barra minn Pariġi. Huma jilagħbu kontra Strasbourg illum u fil-11 ta’ Diċembru jmorru s-Serbja biex jilagħbu kontra Red Star Belgrade fil-UEFA Champions League.
Il-kowċ ta’ PSG Thomas Tuchel qal li jaċċettaw dawn il-posponiment. “Irridu naddattaw għal din is-sitwazjoni biex nibqgħu fil-forma għal qabel Belgrade. Is-sigurtà hi assolutament importanti.”
Il-logħba ta’ Olympique Lyon kontra Toulouse s-Sibt ukoll kienet posposta. “Hi deċiżjoni tal-aħħar minuta. Dan jimmarka problema li s-soċjetà qed tagħti prijorità lill-affarijiet li ma rridux naraw. Ma nafx jekk kienx hemm xi riskji,” qal is-sid ta’ Olympique Lyon Jean-Michel Aulas.
//= $special ?>