F’Washington il-kapitali tal-IStati Uniti matul il-ġurnata tal-Erbgħa saru ċ-ċerimonji funebri tal-eks President Amerikan George H.W. Bush. Fil-Washington National Cathedral, fil-kapitali Amerikana, bħalissa qed isir il-funeral ta’ Bush, li miet il-ġimgħa li għaddiet fl-età ta’ 94 sena.
Il-ġurnata ta’ qabel, il-katavru ta’ Bush kien espost għall-pubbliku fil-bini tal-Capitol u b’għassa minn Gwardja tal-Unur. Wara l-funeral, il-katavru ta’ Bush se jintbagħat lura Houston biex jinżamm fis-St. Martin’s Episcopal Church għal servizz funebri li se jsir il-Ħamis, u wara għad-difna fil-George Bush Presidential Library & Museum.
//= $special ?>

