Raġel ta’ 25 sena mill-Fgura sofra minn ġrieħi gravi wara li waqa’ waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Joanne Gardens, f’Ħal Tarxien.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija kif ukoll ambulanza li ħadet lill-vittama l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Iktar tard hu ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin.
//= $special ?>

