Lokali

Strateġija nazzjonali kontra t-traffikar tal-persuni

Malta iffirmat ftehim mal-Kummissjoni Għolja għar-Renju Unit sabiex tkun tista’ tissaħħaħ il-ħidma ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi kontra t-traffikar tal-persuni u l-iskajvitu. Dan il-ftehim se jara li tingħata l-għajnuna li se jkun hemm bżonn sabiex tkun imfassla strateġija nazzjonali kontra t-traffikar tal-persuni u l-iskjavitu.
Madwar id-dinja kollha hemm madwar 40 miljun persuni li qed jiġi affettwati minn din il-ħaġa. Uħud mill-vittmi qed ikunu mġiegħla jaħdmu f’kunidzzjonijiet tax-xogħol ħżiena.

Il-Kummissarju Għoli Ingliż f’Malta, Stuart Gill sostna li mhux se jkunu tollerati dawn it-tipi ta’ reati fis-soċjetà. Filfatt il-Prim Ministru Ingliż Therese May ħabbret azzjoni sabiex dan kollu jieqaf sas-sena 2030. Għalhekk Malta u r-Renju Unit qablu li hemm bżonn ta’ azzjoni immedjata f’dan ir-rigward.

Il-ftehim jinkludi tisħiħ tal-appoġġ li jingħataw lill-vittmi tat-traffikar tal-persuni. Iż-żewġ pajjiżi se joħolqu l-aħjar modi possibbli sabiex jiġġieldu din it-tip ta’ kriminalità. Esperti mir-Renju Unit se jiġu f’pajjiżna sabiex joffru taħriġ speċjalizzat lill-impjegati ta’ entitajiet pubbliċi li jaħdmu ma’ persuni vulnerabbli.

Kif ukoll se joffru l-għajnuna tagħhom lil persuni li huna f’riskju li jiġu ttraffikati. F’dan ir-rigward, il-Gvern Malti se jkun qed jingħata għajnuna sabiex ifassal kampanja nazzjonali ta’ għarfien.