Kurżitajiet Lokali

Torqod aktar minn 8 sigħat? Jaf għandek il-problemi!

Pubblikat studju ġdid li sar fuq 116,000 persuna minn 21 pajjiż differenti

Studju ġdid illi kien ppubblikat dan l-aħħar juri li minbarra n-nuqqas ta’ irqad, anke irqad żejjed jista’ jkun ta’ ħsara għall-ġisem tal-bniedem. Mhux hekk biss – ir-riċerkaturi ikkonkludew li persuna għandha tara tabib jekk torqod regolari għal 9 sigħat jew aktar.

Ir-riċerka, li ħarġet fil-European Heart Journal, tindika li meta wieħed jorqod aktar minn 8 sigħat ikun qed iżid ir-riskju ta’ mard tal-qalb.

L-istudju eżamina 116,000 persuna li l-eta’ tagħhom tvarja minn 35 sa 70 sena.

Meta wieħed jikkompara ma’ persuni li jorqdu bejn 6 u 8 sigħat, dawk li jorqdu bejn 8 u 9 sigħat kellha 5% aktar riskju ta’ problemi f’qalbhom. Dawk li jorqdu bejn 9 u 10 sigħat kuljum jiżdidilhom ir-riskju għal 17%, filwaqt li dawk li jorqdu aktar minn 10 sigħat kuljum għandhom saħansitra riskju ta’ mewt b’attakk ta’ qalb illi jiżdied għal 41%.