Lokali

FILMAT: Aktar taħwid dwar is-serq mill-powerstation il-ġdida

Joe Mizzi jgħid li "mixjin fid-direzzjoni t-tajba"

Il-ġimgħa li għaddiet il-Prim Ministru qalilna li d-differenza bejn l-użu tal-interconnector u l-użu tal-powerstation tal-gass hija ta’ €98 miljun. Il-Kap tal-PN Adrian Delia qed jinsisti li dan hu serq ta’ €200 miljun kull sentejn minn ħalq il-familji. U issa, l-Ministru Joe Mizzi ħareġ imeri dak li qal il-Prim Ministru stess.

It-taħwid fil-kalkoli tal-Gvern kompla jispikka dalgħodu meta saqsejna lil Joe Mizzi għar-reazzjoni tiegħu meta issa nafu ċar li qed isir serq ta’ miljuni kull sena minn din il-powerstation tal-Electrogas. Iżda l-Ministru spiċċa mera kliem il-Prim Ministru u kompla ħawwad il-kalkoli li joħorġu b’mod ċar mir-rapport tal-NAO.

Il-Ministru wieġeb biss illi “mixjin fid-direzzjoni t-tajba”, minkejja li l-Awditur sab nuqqasijiet kbar fil-mod kif sar il-proġett tal-Electrogas f’Delimara.