Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici iġġustifika l-kuntratt ta’ €5000 fix-xahar lil Brian Tonna, il-persuna involut fl-iskandlu tal-Panama Paper.
Fil-parlament il-Ministru Bonnici qal li kull Ministru, kif kien minn dejjem fi żmien gvernijiet differenti, jista’ jaħtar numru żgħir ta’ konsulenti ta’ natrua teknika fuq bażi full-time. Hu qal li kien ħa deċiżjoni li joffri konsulenza lil Brian Tonna bl-iskop li jgħin bħala espert fiannzjarju fil-fondi Ewropej.
Dan kien xogħol Brian Tonna, sostna l-Ministru Bonnici, li kompla li ma jaitsx jifhem kif The Times ħasset il-bżonn li jagħmel din l-istorja meta fl-2016 hu kien wieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Jason Azzopardi fejn kien stabbilit li Brian Tonna kien maħtur konsulent. Is-salarju kien fi skala 3, bi ħlas ta’ €20,000 u allowances oħra. Hu qal li rnexxielu jġib fondi fuq 9 proġetti u kompla li Brian Tonna tallas kif kellu jitħallas.
//= $special ?>