– Jason Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-pajjiż għandu bżonn inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għaliex din tkmur lil hinn minn inkjesta maġisterjali.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li kull delitt premeditat ta’ ġurnalista investigattiva jġib emozzjonijiet, iferi u jixxokkja soċjetà sħiħa li tkun ġiet imċaħħda minn persuna li tkun qed tinvestiga affarijiet li huma għanhdom ikunu jafu.
Hu qal li l-gvern qed jgħid li m’hemmx bżonn inkjesta pubblika għax hemm inkjesta maġisterjali meta fil-fatt inkjesta maġisterjali issir fis-skiet waqt li inkjesta pubblika hi pubblika. Dan hu li trid l-Oppożizzjoni u l-familja ta’ Daphne Caruana Galizia.
Inkjesta pubblika tmur lil hinn minn dak li tista tiħdol inkjesta maġisterjali fosthom dwar mottiv, riżorsi tal-pulizija u jekk l-awtoritajiet tal-pajjiż kinux jafu li kien hemm omiċidju li qed ikun ippjanat. Il-gvern ma jridx li toħroġ il-verità, sostna Jason Azzopardi, li kompla li uffiċjali ogħlja f’Kastilja jiktbu fuq facebook u jinsinwaw li t-tifel ta’ Daphne Caruana Galizia kien involut fil-qtil ta’ ommu. Wieħed mid-deputati Laburisti daħħal dubju dwar min kien il-persuna li ħalla l-karrozza barra qabel inqatlet.
Jason Azzopardi kompla li l-gvern neħħa t-tifkira tagħha għal 190 darba mill-Belt u sostna li l-gvern waqqaf diversi inkejsti iża fuq dan il-qtil ma jridx iwaqqaf inkjesta.
//= $special ?>