“L-ikel hu l-itqal piż fuq min hu fil-faxex l-iktar baxxi fis-soċjetà tagħna”
Qal dan l-ekonomista Lino Briguglio waqt konferenza mill-Forum Kontra l-Faqar, li qed titlaqqa’ dalgħodu.
Lino Brigugblio qal li l-indiċi tal-prezzijiet, jiġifieri kif tiġi kkalkulata l-għoli tal-ħajja f’pajjiżna, ma jirrappreżentax li dawk li għandhom dħul baxx, imam lill dawk bi dħul medju. Dan ifisser li l-aġġustamenti li jsiru fil-pagi u l-pensjonijiet mhumiex korretti għaliex ma jieħdux in konsiderazzjoni d-dħul u l-piżijiet vera ta’ dawk bi dħul baxx.
Briguglio qal li l-akbar diffikulatjiet li qed jinħolqu fost dawk bl-inqas dħul huma riżultat ta’ l-inflazzjoni konsiderevoli fil-prezzijiet tal-ikel.
Hu saħaq li l-ħajja fl-aħħar snin għal dawk bi dħul baxx irduppjat.
Mistoqsi dwar il-mod kif jinħadem id-dħul medju meta hemm diskrepanza kbira ħafna bejn dawk li qed jaqalgħu ftit u dawk li qed jaqalgħu ħafna u li għalhekk toħloq stampa qarrieqa ta’ dak li hu dħul medju, Lino Briguglio qal li is-survey huwa mifrux fuq nies bi dħul differenti, iżda li kieku sar fuq dawk li għalihom il-piż tal-ikel inaqqar 40% tad-dħul tagħhom, kieku il-paga minimima kien ikollha tirdoppja.
Hu semma wkoll kif il-kera ma tidhirx fl-indiċi tal-prezzijiet għaliex mhux kulħadd jgħix fi djar bil-kera iżda li din ukoll hija piż dejjem jitqal fost dawk l-hekk imsejjħa l-aktar vulnerabbli.
//= $special ?>