F’temp ta’ sena, sfortunatament pajjiżna tilef 4% fl-ammont ta’ żgħażagħ li jikkontribwixxu b’mod volontarju. Dan joħroġ minn stħarriġ tal-Flash Euro Barometer li kkalkula s-sehem volontarju fost iż-żgħażagħ fuq livell Ewropew.
Waqt li l-medja fl-Ewropa hi ta’ 31% taż-żgħażagħ li jagħtu sehem volontarju, f’pajjiżna l-medja hi ferm inqas, ta’ 23%.
Irrimarkat dan il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, li ppresediet fuq iċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Nazzjonali Voluntier tas-Sena għall-2018, imtella’ mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat.
Fid-dawl ta’ dan, hi appellat biex issir reviżjoni tal-inċentivi li fl-aħħar snin kienu qed jingħataw liż-żgħażagħ biex ikunu mħeġġa jinvolvu ruħhom fil-volontarjat … inċentivi li kellhom l-iskop li jżidu r-rata tal-volontarjat fost iż-żgħażagħ Maltin.
Il-premju għal din is-sena ngħata lil Marjoe Abela, mill-Malta Girl Guides, għall-ħidma tagħha fost eluf ta’ tfajliet. Hi kienet rappreżentata mill-kollega tagħha Claire Duff.
//= $special ?>