Lokali

David Zammit jirbaħ l-Unur għad-Drittijiet Umani

David Zammit, il-Kap tad-Dipartiment tal-Liġi Ċivili fi ħdan l-università ta’ Malta. ingħata l-Malta Human Rights Award għal xogħol akkademiku tiegħu b-isem: ‘Vernacularizing Asylum Law in Malta’.

Zammit, li jispeċjalizza fl-Antropoloġija u l-Law of Tort, hu wkoll l-Editur tal-Mediterranean Journal of Human Rights. Hu ppubblika riċerka etnografika dettaljata dwar il-proċess legali u burokratiku tal-persuni li jaslu f’pajjiżna bid-dgħajjes.

L-unur ingħata matul konferenza bit-tema ‘Trends and Perspectives’ li saret fil-Palazz ta’ San Anton bħala parti minn The Human Rights Programme bi sħab mal-Fondazzjoni tal-President’s għall-Ġid tas-Soċjetà.

L-unur hu l-kreazzjoni tal-Programm dwar id-Drittijiet Umani tal-Fakultà tal-Liġi fi ħdan l-Università ta’ Malta.