Żewġ persuni nqabdu minn filmati ta’ kameras tas-sigurtà f’ħanut f’Tas-Sliema waqt li jisirqu bottijiet bid-donazzjonijiet għall-karità.
Il-każ seħħ iktar kmieni llum, għall-ħabta tad-9.30, meta l-irġiel qattgħu xi ħin iduru fil-ħanut li jinsab fi Triq Rodolfo, f’Tas-Sliema.
F’mument minnhom, wieħed mill-irġiel jidher japprofitta minn mument fejn il-kaxxiera ma kinitx qed tħares, ħataf il-bott bid-donazzjonijiet u ħbieh taħt il-ġakketta.
//= $special ?>