Lokali

‘Gaw Gaw’ – Pantomima fid-dlam

Gaw Gaw – l-isem ta’ pantomima fid-dlam, li qatt qabel ma saret wahda bħalha f’Malta. Filfatt hi waħda minn tal-ewwel fid-dinja tat-tip tagħha.

F’ħidma mal-Kummissjoni għad-Drittijiet tan-Nies b’Diżabilità, l-awturi jidħlu fid-dinja maġika tad-dlam permezz ta’ kunċett innovattiv u ideali li jippermettilhom joħolqu dinja li kulħadd jista’ jesperjenza – attivita’ li dettalji dwarha inghataw il-Gimgha filghodu.

Il-Planetarium Hall fil-Bini tal-Planetarium Esplora se jiġi ttrasformat, fejn se jħalli l-udjenza tħossha li ġiet trasportata f’dinja ġdida f’rakkont ta’ storja familjari, f’dan l-isbaħ żmien tas-sena.

Il-pantomina, ikkummissjonata minn Teatru Malta hija mmirata lejn udjenza b’nuqqas fil-vista. Wirja fejn kulħadd se jkollu l-istess esperjenza fid-dlam.

Gaw Gaw rebħet il-Premju tal-President għall-Kreattività, immexxi mill-Uffiċċju tal-President kif ukoll mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Din il-pantimima se tittella’ fil-Bini tal-Planetarium tal-Esplora mid-19 sat 23 ta’ Dicembru.