Mill-anqas persuna kellha tingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei wara inċident bejn trakk tar-ready mix u vettura privata. L-inċident seħħ iktar kmieni wara nofsinhar f’San Ġwann.
Fuq il-post intalbet l-assistenza ta’ tim mediku mill-isptar Mater Dei, kif ukoll tal-pulizija biex jikkontrollaw it-traffiku fl-inħawi.
Mhux magħruf l-identità tal-persuni nvoluti jew jekk kienx hemm iktar minn persuna waħda li kellhom bżonn il-kura, anke għaliex s’issa l-pulizija nfurmaw lil dan l-istazzjoni li m’għandhomx informazzjoni.
//= $special ?>