Il-Pulizija fl-Italja arrestat lil mara Maltija, li l-identità tagħha ma ġietx żvelata, minuti qabel kienet se tiġi lejn Malta minn Pozzallo.
Tfittxija fil-vettura tal-mara mill-Fiamme Gialle, sezzjoni tal-Pulizija fl-Italja, wasslet għas-sejba ta’ madwar ħamsin oġġett li kienu mmarkati b’ditti partikolari iżda li kienu foloz. Fost dawn kien hemm pari taż-żraben kif ukoll basktijiet tan-nisa.
Kontrolli oħra li saru wasslu wkoll għal sejba ta’ €12,000 fi flus kontanti li ma kinux dikjarati.
//= $special ?>