Neville Gafa kien isaqsi lill-midrubin fil-Libja għall-ħlas biex jingħataw visas mediċi li suppost jingħataw b’ xejn…inkella ma jingħatawx il-kura meħtieġa.
Kienet din l-allegazzjoni serjissima li saret minn ġurnal indipendenti ftit tax-xhur ilu u li dwarha għadha għaddejja kontroversja sħiħa – iktar w’iktar wara li ftit tal-ġimgħat ilu, Neville Gafa reġa mar fuq żjara fil-Libja; żjara li, skont hu, kienet waħda fuq “xogħol personali”.
Iżda ż-żjara jidher li kellha iktar minn għan wieħed tant li stqarrija tal-istess Gvern Libjan rraportat din iż-żjara bħala waħda ta’ natura diplomatika u li Gafa kien hemm bħala l-mibgħut speċjali tal-Prim Ministru Malti u li matulha kellu laqgħet ma diversi membri tal-Gvern Libjan dwar il-każ ‘suspettuż’ tal-Libjani midruba f’Malta
Ivan Grech Mintoff, mexxej ta’ Alleanza Bidla, tkellem dwar dan waqt il-programm 10Q fuq Net TV, prezentat minn Sergio Mallia. Hu qal li għandu informazzjoni li hemm għadd ta’ persuni li jridu jixhdu dwar dan il-każ f’Malta.
//= $special ?>