Internazzjonali

NAPLI: Tinstab is-siġra tal-Milied li nsterqet wara biss 3 ijiem armata

Donnu li issa saret tradizzjoni, għaliex kull sena qed tispiċċa tinsteraq is-siġra tal-Milied li n-Naplitani jarmaw fiċ-ċentru kummerċjali Galleria Umberto.

Iżda permezz ta’ ħidma immedjata mill-Carabinieri, is-siġra instabet fiz-zona ta’ Santa Maria Ognibene. Jidher li l-ħallelin ħallewha fit-triq wara li ġibduha b’mutur.

Meta saret is-serqa, is-siġra kellha magħha diversi biljetti ta’ tfal li kitbu x-xewqat tagħhom lil Santa Klaws għar-rigali tal-Milied.