Lokali

AĠĠORNATA: Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq lifter

Raġel ta’ 42 sena waqa’ minn għoli waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol fuq lifter.

Kien għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart, meta seħħ l-inċident fi Triq il-Furnar f’Ħal Qormi, fejn raġel li hu residenti l-Fgura waqa minn għoli.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji, b’Net News infurmat li l-vittma jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġsitrat Claire Stafrace Zammit li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar dan l-inċident.