Lokali

Adrian Delia fost il-Bormliżi fil-festa tal-Kunċizzjoni

Fi tmiem il-Quddiesa Solenni fil-Knisja Arċipretali ta’ Bormla, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ħa l-okkażjoni jitkellem ma’ għadd ta’ Bormliżi preżenti għall-Festa … kemm ġewwa, kif ukoll fit-toroq tal-lokalità.

Hemm, hu sab l-okkażjoni jitkellem ma’ dawk preżenti dwar diversi suġġetti ta’ interess għalihom, fosthom il-banda, il-klabb tal-futbol St George’s u anke ċ-ċentru soċjali li jagħmel parti mill-Knisja.

Filwaqt li fil-Każin tal-Banda San Ġorġ, hu kien mistieden jiffirma l-Ktieb tal-Viżitaturi, fil-Każin tal-Futbol ra plakka kommermorattiva, li kienet għadha kif ġiet inawgurata.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat minn għadd ta’ Deputati tad-distrett, kif ukoll Kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Ritratti: Matthew Tabone