Il-messaġġi tal-Partit Nazzjonalista rridu nwassluhom b’mod sempliċi. Irridu nsaqsu kif nistgħu ntejbu l-ħajja tal-persuni. In-nies iridu jkunu konvinti li aħna, anke mill-Oppożizzjoni, nistgħu intejbu l-ħajja tagħhom. Għax hekk verament inkunu qed nagħtu l-ħajja lil-soċjetà li jimpurtaha.
Qal dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt laqgħa reġjonali li saret fil-Każin ta’ Raħal Ġdid għal kandidati u kunsilliera tan-nofsinhar ta’ Malta.
Hu qal li f’Malta m’għadx baqa dawk li qegħdin ma’ naħa jew oħra b’mod fiss, imma kull elezzjoni tagħti raġunijiet ġodda u motivi differenti li jġgħelu n-nies jivvutaw b’mod differenti.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista rringrazzja lil dawk kollha li qed joffru l-ħin tagħhom biex ikomplu jwasslu l-messaġġ tal-Partit u iktar u’iktar biex ikunu ta’ servizz lis-soċjetà li l-bżonnijiet tagħha huma tant diversi u ta’ sfida.
Għal din il-laqgħa attendew diversi kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista u kandidati għall-elezzjonijiet li se jsiru f’Mejju. Preżentigħal laqgħa kien hemm ukoll il-Ko-ordinatur tal-Kunsilli Lokali għall-Partit Nazzjonalista Charles Bonello.
//= $special ?>