Lokali

Anzjan waqa’ u sofra ġrieħi serji waqt argument

Anzjan ta’ 81 sena sofra ġrieħi serji wara li waqa’ mal-art hekk kif kien f’argument ma’ diversi persuni.

Il-każ seħħ fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta għall-ħabta tal-3.45pm hekk kif żewġt Beltin, wieħed ta’ 81 sena u ieħor ta’ 73 sena kellhom argument ma’ xi persuni.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 81 sena l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.