Futbol Sport

Borussia Dortmund isaħħu posthom fil-quċċata

(Ritratt: EPA)

Gowl taż-żagħżugħ Ingliż Jadon Sancho poġġa lil Borussia Dortmund disa’ punti vantaġġ fil-quċċata tal-Bundesliga hekk kif għelbu lil Schalke 2-1, filwaqt li doppjetta ta’ Robert Lewandowski għenet liċ-champions biex għelbu lil Nürnberg.

Ir-rebħa ta’ Dortmund kienet l-ewwel waħda barra minn darhom fid-derby  f’ħames snin u minbarra d-distakk komdu fil-quċċata, issa ilhom 14-il logħba mingħajr telfa fil-kampjonat. Thomas Delaney kien fetaħ l-iskor wara seba’ minuti iżda Schalke ġabu d-draw ftit wara s-siegħa logħob minn penalty ta’ Daniel Caligiuri. Sancho skorja kwarta mit-tmiem wara li ħabbat il-ballun ma’ Raphael Guerreiro.

Bayern Munich telgħu momentarjament fit-tieni post b’rebħa ta’ 3-0. Lewandowski skorja darbtejn fl-ewwel nofs siegħa qabel Franck Ribery għalaq il-logħba bit-tielet gowl 11-il minuta fit-tieni taqsima. Bayern jinżlu fit-tielet post jekk Borussia Monchengladbach jegħlbu lil Stuttgart illum.

Leipzig sfaw megħluba minn Freiburg 3-0. L-attakkant Ġermaniż Nils Petersen fetaħ l-iskor kmieni fil-logħba, biex Luca Waldschmidt skorja penalty qabel tmiem l-ewwel taqsima. Il-captain Mike Frantz skorja t-tielet gowl.

Riżultati u Logħob li jmiss: Il-Ġimgħa: W. Bremen v F. Düsseldorf 3-1 , Is-Sibt: B. L’kusen v Augsburg 1-0 , B. Munich v Nürnberg 3-0 , Schalke v B. Dortmund 1-2 , Freiburg v Leipzig 3-0 , Wolfsburg v Hoffenheim 2-2 , H. Berlin v E. Frankfurt 1-0, Il-Ħadd: Mainz v Hannover 3.30pm , B. Monchengladbach v Stuttgart 6.00pm

Klassifika: Borussia Dortmund 36 punt , Bayern Munich 27 punt , Borussia Monchenglabach 26 punt , Leipzig 25 punt , Eintracht Frankfurt 23 punt, Hertha Berlin 23 punt, Hoffenheim 22 punt, Werder Bremen 21 punt, Wolfsburg 19-il punt, Mainz 18-il punt, Bayer Leverkusen 18-il punt, Freiburg 17-il punt, Schalke 14-il punt, Augsburg 13-il punt, Stuttgart 11-il punt, Nürnberg 11-il punt, Hannover 9 punti, Fortuna Düsseldorf 9 punti