ST. ANDREWS…………… 0 FLORIANA………………… 0
St. Andrews: M. Calljeja Cremona, A. Brown, T. Blagrove, A. Borg, A. Satariano, K. McFarlane, R. Martin, J. Farrugia (M. Grima 77’), K. Reid, M. Davis, J. Atkinson
Floriana: I. Akpan, A. Cini, E. Ruiz, M. Saleh, J. Pisani (D. Grima 84’), E. Marcelina (C. Borg 71’), S. Pisani, A. Oyama, G. Galesic (D. Agius 58’), T. Galvao da Silva, I. Varela
Imwissija: T. Galvao da Silva 12’, G. Galesic 36’, J. Pisani 61’ (F), K. McFarlane 12’, K. Atkinson 24’, R. Martin 41’, T. Blagrove 61’, A. Brown 89’ (S)
Tkeċċa: A. Brown 91’ (S)
Referee: Etienne Mangion
Assistenti Referees: Chris Francalanza, Thomas Debono
Il-Mument Plejer tal-logħba: Travis Blagrove (St. Andrews)
Il-kowċ Taljan Guido Ugolotti għadu qed ifittex l-ewwel rebħa bħala kowċ ta’ Floriana iżda kiseb l-ewwel punt fi draw ta’ 0-0 kontra St. Andrews. Ir-riżultat finali jitqies bħala ġust iżda fl-aħħar minuti kienu Floriana li fittxew ir-rebħa, iżda tul id-90 minuta ma urewx li kienu l-aħjar tim fil-pitch. Neqsin mill-iskwadra ta’ 17-il plejer li Floriana kellhom, kien hemm Clayton Failla u Juninho Cabral.
St. Andrews bdew aħjar mill-avversarji iżda aktar ma beda jgħaddi l-ħin Floriana beda jkollhom aktar pussess minkejja li ma kinux perikolużi. St. Andrews kienu aktar dixxiplinati fis-sistema tipika tagħhom ta’ 4-2-3-1 u bdew jużaw is-saħħa tagħhom biex jippressaw u jwaqqfu lill-avversarji.
Floriana naqsu li jkunu perikolużi b’xuttijiet diretti lejn il-lasta ta’ Matthew Calleja Cremona. F’nofs il-grawnd ma bdewx ikunu penetranti u minkejja li l-full-backs bdew javvanzaw aktar ma ħolqux periklu.
Infatti l-uniċi żewġ azzjonijiet fl-ewwel taqsima waslu fuq in-naħa ta’ St. Andrews. Fit-23 minuta free-kick mill-bogħod ta’ Kevaughn Atkinson ġie blokkat f’korner minn Ini Akpan, biex fit-38 minuta minn free-kick mil-lemin din id-darba ta’ Joseph Farrugia, il-ballun kien imxellef bir-ras u ħabat ma’ Kemar Reid li kien ġej fuq il-ġirja, bil-ballun jgħaddi ftit barra.
Floriana ħarġu ftit aħjar u fil-50 minuta xutt fil-baxx ta’ Goran Galesic kien imxellef u spiċċa ftit barra. Żewġ minuti wara Martin Davis prova b’xutt fil-baxx mill-kaxxa li kien salvat fl-aħħar ħin minn Akpan. St. Andrews kellhom ċans tad-deheb fit-68 minuta meta minn taħt il-lasta spara għoli f’lasta vojta wara kross mil-lemin ta’ Amoy Brown, biex żewġ minuti wara Akpan dawwar f’korner xutt ta’ Kemar Reid.
Floriana żiedu l-isforzi fl-aħħar minuti u resqu qrib f’diversi okkażjonijiet. Fil-85 minuta minn korner ta’ Oyama, daqqa ta’ ras ġiet imxellfa, b’Floriana jipprotestaw għal penalty li ma ngħatax. Ftit sekondi wara Matthew Calleja Cremona laħaq fil-ħin qabel Varela wara kross insidjuż mil-lemin ta’ Clyde Borg.
//= $special ?>