Sport Sport Ieħor

Global Oracle jimpressjona fit-Tazza tal-President

(Ritratt: Matthew Tabone)

Rapport: Kenneth Vella

L-edizzjoni 2018 tat-Tazza tal-President, li saret is-Sibt wara nofsinhar fil-Marsa ntrebħet minn Global Oracle u Noel Baldacchino. Din il-finali, fuq distanza qasira ta’ 2140m, għamlet parti mill-55 laqgħa tal-istaġun fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott u ġiet organizzata bl-għajnuna ta’ Technovet.

Għaxar żwiemel ħadu sehem f’din il-finali tal-klassi Premier. Quick Fix (Owen Borg) kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq. Dan fetaħ minnufih vantaġġ żgħir minn Next To None Sib (Jesmar Gafa’) u I Won’t Dance (Clint Vassallo).

Madanakollu din il-finali ħadet żvolta oħra meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali. Dan għax kien dak il-ħin li Quick Fix beda jnaqqas mill-pass u fost l-oħrajn inqabeż minn Global Oracle ta’ Noel Baldacchino li akkwista l-ewwel rebħa f’pajjiżna minn Overtaker By Sib (Marco Refalo) u Drogba Bob (Carl Caruana). I Won’t Dance (Clint Vassallo) temm fir-raba’ pożizzjoni quddiem Lajos Cella (Rodney Gatt).

Fi tmiem din il-finali, il-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca, ippreżentat it-tazza lil Noel Baldacchino u Kevin u Salvu Bartolo, is-sewwieq u s-sidien taż-żiemel rebbieħ. Dan fil-preżenza ta’ Edwin Borg, chairman tal-Malta Racing Club u Jean Claude Cachia f’isem l-isponsors.

Fl-uniku tiġrija tal-klassi Gold, sprint f’nofs id-dritta finali wassal lill-Franċiż Univers De Suce (Kurt Saliba) biex jieħu l-ewwel rebħa f’Malta minn Sephiro Flam (Charles Camilleri) u Tino De Tortiere (Rodney Gatt). Sam Forget (Nathaniel Barbara) daħal warajhom f’dik l-ordni.

Il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija tal-ponijiet shetland misjuqa minn tfal fuq distanza ta’ 640m u fuq forma wkoll ta’ finali. Din intrebħet minn Daisy ta’ Cherise Farrugia.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Nilema (D. Baldacchino) Ħin – 3.26.7” (1.18.3”) 2. Dreamed Victory (R. Magro) 3. Crown Lady (R. Gatt) 4. High Handed (T. Demanuele)

II Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Duc d’Haufor (R. Magro) Ħin – 3.29.1” (1.19.2”) 2. Britt Buitenzorg (R. Gatt) 3. Quid De Belle Vue (C. Camilleri) 4. Tirana C. N. (M. Farrugia)

III Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Ugolin Du Rib (R. Gatt) Ħin – 3.26.3” (1.18.2”) 2. Caiprinha Royal (M. Debono) 3. Tallion Prior (C. Calleja) 4. White Flame (D. Ellul)

IV Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Boko Won (C. Calleja) Ħin – 3.28.9” (1.19.1”) 2. Charm Blou (R. Gatt) 3. Sitka Rod (T. Demanuele) – Black Dream (M. Debono)

V Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Vaillant Marceaux (R. Gatt) Ħin – 3.27.4” (1.18.6”) 2. Victor Saint Gall (F. Mallia) 3. Fakir Haleryd (R. Schembri) 4. Oregon Frontline (C. Camilleri)

VI Tiġrija Finali Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Global Oracle (N. Baldacchino) Ħin – 2.42.4” (1.15.9”) 2. Overtaker By Sib (M. Refalo) 3. Drogba Bob (C. Caruana) 4. I Won’t Dance (C. Vassallo) 5. Lajos Cella (R. Gatt)

VII Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Univers De Suce (K. Saliba) Ħin – 3.24.1” (1.17.3”) 2. Sephiro Flam (C. Camilleri) 3. Tino De Tortiere (R. Gatt) 4. Sam Forget (N. Barbara)

VIII Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Ibiri (M. Falzon) Ħin – 3.26.4” (1.18.2”) 2. Get Lucky Pellini (R. Gatt) 3. Faro Sue Heikant (J. Farrugia) 4. Largo Launcher (D. Grima)

IX Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Ricciola Jet (M. Ellul) Ħin – 3.29.6” (1.19.4”) 2. Valentino De Monti (N. Barbara) 3. Chef Du Luot (J. Farrugia) 4. Coursier Du Gite (N. Baldacchino)