Lokali

Il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni

It-8 ta’ Diċembru huwa l-jum li fih il-Knisja Kattolika dinjija tiċċelebra l-festa tal-Madonna mnissla mingħajr ebda dnub tan-nisel, l-Immakulata Kunċizzjoni.

Il-Knisja Kolleġġjata ta’ Bormla ċċelebrat il-festa titulari tal-Immakulata Kunċizzjoni b’quddiesa solenni mmexxija mill-Arċipriet, il-Kanonku Anton Cassar.

Fost dawk li attendew kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, kif ukoll il-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici.

Fil-paniġierku, Patri Martin Coleiro sostna li m’għandnix inħallu l-istutizzjonijiet isiru korrotti, b’wieħed jaħseb biss għalih innifsu. Il-Madonna kienet inħatret bħala l-avukata tal-umanità kollha li fiż-żminijiet tal-illum tgħallimna kif għandha tkun l-imħabba ta’ omm lejn uliedha.

Hu ħeġġeġ biex wieħed ma jaqgħax għall-ħażen li wieħed isibu fil-ħajja ta’ kuljum. Patri Martin Coleiro qal li għandna bżonn ikolna soċjetà ġusta li tħobb lil fqir biex kull persuna tingħata d-dinjità.

Mis-seklu 16, il-Bormliżi urew il-fidi tagħhom li b’ħidma waħda saru diversi xogħolijiet biex il-patruna tagħhom tissebbaħ flimkien mal-knisja.

Ritratti: Matthew Tabone