Lokali

Inawgurat monument iddedikat lin-nanniet Maltin u Għawdxin

Dalgħodu ġie inawgurat Monument Nazzjnali ddedikat lin-nanniet Maltin u Għawdxin.

L-idea kienet tal-fundaturi Philip u Carmen Chircop li ddeċiedew li jsir monument biex jiġu mfakkra n-nanniet f’Malta. Ix-xogħol kien deċiż li jsir mill-iskultur Gianni Pace.

L-inawgurazzjoni saret fil-ġonna ta’ San Anton fit-8 ta’ Diċembru, li taħbat propju l-ħames anniversarju mit-twaqqif tal-Fondazzjoni Nanniet Malta.

Preżenti kien hemm il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca li inawgurat il-monument, flimkien mal-kelliema għall-Oppożizzjoni dwar l-Anzjanità Attiva, Maria Deguara.

Qabel iċ-ċerimonja saret quddiesa ta’ radd il-ħajr iċċelebrata mill-Mons. Charles Cordina, fejn fiha ħadu sehem iktar minn 150 nanniet Maltin u Għawdxin.