Tlett karozzi privati kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid għall-ħabta ta’ 2pm fi Vjal Santa Luċija f’Raħal Ġdid direzzjoni lejn il-Marsa.
Fuq il-post issejħet ambulanza biex tassisti lis-sewwieqa u passiġġiera, madanakollu telqet lura mingħajr ebda persuni hekk kif jidher li ħadd ma weġġa’.
Mhux magħruf in-numru ta’ nies li kienu nvoluti fl-inċident, madanakollu kelliema għall-pulizija qalu lil dan l-istazzjon li rrifjutaw li jittieħdu l-Isptar Mater Dei.
Fuq il-post marru l-pulizija biex jidderiġu t-traffiku.
//= $special ?>

