Ġurnata negattiva għat-timijiet minn Ruma hekk kif kemm Roma kif ukoll Lazio spiċċaw fi draw ta’ 2-2, biż-żewġ timijiet isofru l-gowl tad-draw lejn it-tmiem.
Roma spiċċaw draw barra minn darhom kontra Cagliari f’logħba li kellhom vantaġġ doppju. BRYAN CRISTANTE fetaħ l-iskor wara kwarta b’xutt b’saħħtu fil-baxx minn barra l-kaxxa u ALEKSANDAR KOLAROV irdoppja fil-41 minuta bi free-kick li kien imxellef. Cagliari daħlu fil-logħba fl-84 minuta permezz ta’ ARTUR IONITA mill-viċin wara korner. Minkejja li spiċċaw b’10 plejers wara li tkeċċa Darijo Srna, iżda MARCO SAU ġab id-draw fil-91 minuta, b’Cagliari jispiċċaw b’disa’ plejers wara li tkeċċa Luca Ceppitelli.
Lazio dehru resqin lejn rebħa li kienet tpoġġi lit-tim ta’ Simone Inzaghi momentarjament fir-raba’ post. Iżda RICCARDO SAPONARA ġab id-draw fid-99 minuta meta skorja b’ġest akrobatiku. FABIO QUAGLIARELLA fetaħ l-iskor għal Sampdoria fil-21 minuta meta kompla għal ġewwa wara 21 minuta. FRANCESCO ACERBI ġab id-draw fid-79 minuta, biex CIRO IMMOBILE kien deher li se jagħti l-gowl tar-rebħa minn penalty, b’Bartosz Bereszynski jitkeċċa għal Sampdoria.
Napoli wieġbu għar-rebħa ta’ Juventus il-Ġimgħa biex id-distakk bejn it-tnejn reġa’ hu ta’ tmien punti. PIOTR ZIELINSKI fetaħ l-iskor wara seba’ minuti b’xutt djagonali fil-baxx bix-xellug, biex ADAM OUNAS irdoppja fl-40 minuta b’xutt sabiħ minn barra l-kaxxa. Il-Pollakk ARKADIUSZ MILIK għalaq il-logħba f’nofs it-tieni taqsima b’daqqa ta’ ras minn korner, biex l-istess plejer għamilhom 4-0 fl-84 minuta meta kompla għal ġewwa mill-viċin.
//= $special ?>