Internazzjonali

Paniku f’diskoteka f’Ancona; 6 mejta u 12 feruti gravi

Traġedja kbira f’Ancona hekk kif matul il-lejl li għadda mietu 6 żgħażagħ f’diskoteka popolari li tinsab fil-provinċja ta’ din il-belt Taljana – traġejda li żviluppat wara rassa kbira li inħolqot fl-istess stabbiliment tal-mużika.

Skont l-ewwel indikazzjonijiet li taw il-Pulizija jidher li hemm mal-100 persuna feruta, 12 minnhom ġarrbu ġrieħi serji.

Sorsi qed jgħidu li l-paniku inħoloq wara li infirex pepper spray fl-istess diskoteka, fejn f’dak il-ħin kien qed jingħata kunċert mir-rapper Taljan Sfera Ebbasta.

Hemm xi persuni li skont ir-rapporti jinsabu fil-periklu tal-mewt. Dawn ittieħdu b’urġenza fl-isptar Torrette ad Ancona.

Mal-ewwel infetħet inkjesta urġenti biex jiġu stabbiliti l-fatti, filwaqt li numru ta’ bouncers qed jiġu interrogati.