Żewġ passiġġiera dalgħodu ttieħdu l-Isptar għal iktar kura minħabba li kienu involuti f’inċident fil-Marsa.
Dan wara li għall-ħabta tas-6.30 sewwieq ta’ 30 sena mill-Fgura li kien qed isuq karozza tat-tipToyota Vitz tilef il-kontroll. Dan b’konsegwenza li ħabat mal-barriers u baqa’ dieħel fl-ħajt. L-inċident seħħ fil-Marsa-Ħamrun Bypass direzzjoni lejn il-Marsa. Fil-karozza kien hemm tliet passiġġiera.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet tnejn mill-passiġġiera – raġel ta’ 30 sena minn Ħaż-Żabbar u mara ta’ 25 sena mill-Fgura għal iktar kura. Aktar tard huma ġew ċertifikati li mhux fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

