Żagħżugħ ta’ 27 sena inżamm mill-Pulizija ta’ Ruma wara li kmieni dalgħodu prova jinżel it-Taraġ ta’ Spanja, qrib Trinita’ dei Monti, bil-karozza tiegħu.
Il-każ seħħ fis-6:30am, bit-Taljan jipprova jieħu shortcut meta kien taħt effett qawwi ta’ xorb. Iżda xorta spiċċa ħażin għaliex weħel fit-taraġ storiku li jinsab fil-qalba tal-kapitali Taljana.
Il-karozza inżamm sekwestrata.
It-taraġ, li kien inawgurat fl-1725, kien ġie restawrat ftit tas-snin ilu.
//= $special ?>