Lokali

Splużjoni f’Ħal Qormi iżda kienet biss ħarqa kontrollata ta’ skart pirotekniku

Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fl-inħawi ta’ Ħal Qormi hekk kif instema’ ħoss qawwi ta’ splużjoni, waqt li mill-inħawi dehret tiela’ daħna kbira.

Net News jinsab infurmat li dan seħħ hekk kif kien qed jinħaraq xi skart pirotekniku. Madankollu l-Pulizija kkonfermaw lil Net News li kienu se jżuru l-post biex jikkonfermaw ir-rapporti.

Hekk kif jidher li din kienet splużjoni kkontrollata, ħadd ma weġġa’.