Lokali

Is-Sunday Times ma tiċħadx li ta’ Kastilja qed jgħaddulhom stejjer biex iħammġu l-Oppożizzjoni

Is-Sunday Times of Malta ma’ tiċħadx li Kastilja hija s-sors tagħha dwar l-istejjer kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Għat-tieni ġimgha konsekuttiva, is-Sunday Times of Malta ma’ ċaħditx li Kastilja hija s-sors misterjuż dwar l-istejjer tagħha kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Huwa ċar li l-Gvern ta’ Joseph Muscat tant jinsab dahru mal-ħajt bil-fatti ta’ korruzzjoni mill-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff Keith Schembri, li minflok jieħu azzjoni u jkeċċihom qed jivvinta kull ma jista’ biex mingħalihom isikktu lil Adrian Delia, li kemm ilu Kap tal-Oppożizzjoni ma waqafx jiġġieled il-korruzzjoni lampanti ta’ dan il-Gvern.

Il-Partit Nazzjonalista qal li huwa redikolu li xi hadd jipprova jikkompara evidenza ċara ma’ allegazzjonijiet bla bażi u b’oriġini dubjuża. L-eżistenza ta’ kumpaniji sigrieti miftuħa fil-Panama minn Konrad Mizzi u Keith Schembri u d-dikjarazzjoni tagħhom li kienu se jieħdu €150,000 fix-xahar kull wieħed mill-kumpanija 17 Black ta’ wieħed mis-sidien tal-powerstation, huma llum fatti magħrufa b’evidenza solida.

Minn naħa l-oħra l-allegazzjonijiet kontra Adrian Delia li jipprovaw jabbinaw il-ħażin li seta’ għamel klijent ta’ klijent ta’ Adrian Delia meta snin ilu kien għadu avukat huma biss spin qarrieq minn Kastilja bi skop wieħed ta’ assasinju tal-karattru tal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Dan l-ispin qed iservi biss biex jaħsel il-korruzjoni tal-Gvern. Imma Adrian Delia diġa ddikjara li “l-ebda gidba jew spin minn Kastilja mhi se twaqqafni mill-ġlieda tiegħi kontra l-korruzjoni.”