Lokali

Jaqsam arblu u jfarrak barrikata tal-konkos f’inċident fil-Marsa

Raġel ta’ 39 sena mill-Fgura ħelisha ħafif f’inċident li seħħ għall-ħabta tas-7 ta’ dalgħodu, fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.

Jirriżulta li r-raġel, li kien qed isuq vettura tat-tip Nissan, tilef il-kontroll tal-vettura, laqat vettura oħra, ħabat f’arblu u baqa’ dieħel fil-barriers tal-konkos li s’issa għadhom jifirdu ż-żewġ direzzjonijiet ta’ din it-triq prinċipali.

L-impatt kien pjuttost qawwi, tant li tgħawweġ arblu u l-barrikata tal-konkos inqasmet f’erba’ biċċiet. Madankollu r-raġel ma ġralu xejn, tant li rrifjuta l-għajnuna u ambulanza li ntbagħtet fil-post telqet vojta.

Minkejja dan fil-post kellhom jissejħu l-Pulizija biex jiżguraw li ma jkunx hemm inċidenti oħra kawża tat-tifrik li kien hemm fit-triq, sakemm dan tnaddaf.