Raġel miż-Żurrieq kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ dalgħodu fi Sqaq l-Imdina, limiti ta’ Ħal Kirkop, waqt li l-vittma ta’ 43 sena kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’għalqa.
Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li r-raġel ndarab b’mutur tal-ħart.
Fuq il-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
//= $special ?>

