Lokali

Rejd u arresti mill-pulizija fil-Ħamrun

Tard il-Ħadd filgħaxija il-pulizija kienet għaddejja b’operazzjoni fil-Ħamrun li fiha kienu arrestati numru ta’ persuni aktarx ta’ nazzjonalita’ barranija.

L-operazzjoni seħħet fi Triq il-Kbira eżatt ħdejn kumpless ta’ ħwienet, fejn numru ta’ pulizija bdew jagħmlu tfittxijiet fuq diversi persuni. Kien hemm ukoll preżenza qawwija ta’ karozzi tal-pulizija li fi ftit ħin bdew jaslu ħdejn l-għassa tal-Ħamrun u minnhom jitniżżlu persuni arrestati. Dawn il-persuni bdew ikunu interrogati fl-għassa stess.

Aktar dettalji għadhom qed jaslulna.