L-eks Kap tal-Formula 1 Bernie Ecclestone qal li għamel stħarriġ biex jixtri Silverstone, iżda qalulu li l-post fejn issir il-Grand Prix tar-Renju Unit mhux għal bejgħ. Din l-istqarrija ta’ Ecclestone waslet fid-dawl tal-fatt li l-futur ta’ din il-Grand Prix jinsab f’dubju, bil-kuntratt eżistenti jintemm wara t-tiġrija tal-2019.
“Jien staqsejthom jekk ridux ibiegħu, għaliex kontra nixtri, imma ma ridux ibiegħu. Huma ma kinux interessati. Seta’ jkollna t-tiġrija ovvjament, imma huma ma ridux ibiegħu li jfisser li huma komdi. Mhumiex iddisprati, imma jridu jkollhom tiġrija tal-Formula 1.”
Il-Kap tal-Formula 1 Chase Carey kien qal li hemm għażliet oħra għall-Grand Prix tar-Renju Unit barra Silverstone u ta ħjiel li hemm xewqa li ssir tiġrija fit-triq x’imkien f’Londra.
Ecclestone kkumenta fuq din il-possibbiltà u qal li ma kinitx possibbli meta kienu ħarsu lejn din l-idea bejn tmien u għaxar snin ilu. Dan minħabba li hi kkumplikata u fiha ħafna restrizzjonijiet. Hu żvela li kellu kollox pjanat fiċ-ċentru ta’ Londra qrib Buckingham Palace.
//= $special ?>